Ħafna jsejħu l-Floriana bħala “Ġenna ta’ Ġonna” għax tippossjedi l-akbar numru ta’ ġonna pubbliċi f’Malta mxerrdin mal-konfini tagħha, iżda l-lokalita’ għandha wkoll ħafna aktar x’toffri.
Il-Kunsill Lokali tal-Floriana għadu kemm nhieda filmat miġbud mill-ajru. Fil-filmat jidhru uħud mill-ġonna, monumenti u binjiet storiċi tal-lokalita’ tal-Floriana. l-għan ewlieni ta’ dan il-filmat huwa li jattira l-pubbliku għall-attivita’ Ġenna ta’ Ġonna u Ħafna Aktar, li se ssir nhar il-Ħadd 18 t’Ottubru mid-9am l-quddiem fil-Floriana. Madanakollu l-filmat juri lenti differenti li l-poplu Malti m’huwiex mdorri li jara fil-Floriana, filmat li l-għan tiegħu huwa li jiġbed l-attenzjoni tan-nies rigward ir-rikezza li l-Floriana toffri, li ħafna tul il-jum ma jirrealizawx li hemm f’din il-lokalita’.
Ħadna xi kummenti tal-Kunsillier Furjaniż, James Aaron Ellul, li huwa inkarigat mill-media tal-Kunsill Lokali tal-Floriana. Ellul qal lil dan is-sit li l-filmat se jgħin lill-pubbliku biex il-perspettiva’ tal-lokalita’ tal-Floriana tinbidel. “Il-Maltin hemm bżonn li japprezzaw il-ġmiel tal-Floriana, sbuħija li donnu l-barrani japprezza ħafna madanakollu hemm bżonn ukoll li l-poplu Malti japprezza u jkun jaf kemm il-Floriana hija lokalita’ sinjura minn kull aspett.”
Biex issegwi l-filmat tista’ tagħfas hawnhekk.
Għall-attivita’ Ġenna ta’ Ġonna u Ħafna Aktar tista’ tagħfas hawnhekk.
//= $special ?>