Matul din is-sena bejn Jannar u Settembru, kienu rappurtati 80 każ ta’ serq fil-lokalità tal-Gudja.
Din l-informazzjoni ngħatat illejla fil-Parlament għall-mistoqsija li ressaq id-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici li staqsa lill-Ministru Carmelo Abela jgħid kemm saru rapporti ta’ reati fl-Għassa tal-Gudja tul din is-sena sa Settembru li għadda.
B’kollox kienu rappurtati 135 rapport ta’ reat, fosthom 80 każ ta’ serq – aktar minn 59% ta-reati f’din il-lokalità mabruta ma’ serq. Is-serq sar minn irziezet u għelieqi, pick-pocketing, residenzi, ħwienet, snatch and grab, minn vetturi u minn toroq u zoni pubbliċi.
Fl-istess lokalità saru wkoll 23 rapport dwar ħsarat, u seba’ rapporti ta’ reati li trattaw vjolenza domestika
//= $special ?>