Illum beda jinstema’ l-każ tal-attur John Suda quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli. Il-każ qed jinstema’ fil-magħluq.
John Suda, li għandu 64 sena u huwa minn San Ġiljan, jinsab mixli li wettaq attakk vjolenti fuq il-pudur ta’ tfajla ta’ 22 sena, li żammha kontra l-volontà tagħha u li ġegħilha tagħmel xi ħaġa li toffendi l-mistħija tagħha.
It-tfajla kienet għamlet rapport lill-Pulizija fejn qalet li Suda avviċinaha permezz tal-Facebook biex tieħu sehem fi produzzjoni televiżiva u offrielha taħriġ waħedha.
Huma ltaqgħu f’post fil-Fgura fejn allegatament sakkar il-bieb, għammadha u qalilha biex tinża’ bil-ħwejjeġ ta’ taħt sakemm spiċċaw it-tnejn li huma bla ħwejjeġ.
Skont il-verzjoni tat-tfajla, Suda poġġielha jdejha fuq il-parti privata tiegħu u qal lit-tfajla biex tiddeskrivilu x’kienet qed tħoss. Dak il-ħin infaqgħet tibki u huwa waqqaf is-sessjoni.
Suda qed isostni li huwa qalilha diversi drabi li jekk kienet qed tħossha skomda tieqaf u li kien hu li waqqaf it-taħriġ personali li kien qed jagħtiha għal parti fejn kien se jkollha tisseduċi l-irġiel.
John Suda ċaħad li poġġielha jdejha fuq il-parti tiegħu u qed jinsisti li kienet hi li poġġietha wara li talabha tagħmel dan.
//= $special ?>