Il-Ministru Konrad Mizzi rrifjuta li jagħti fil-Parlament informazzjoni dwar impjiegi li ddaħħlu fl-Enemalta plc matul din is-sena.
Ix-Shadow Minister Jason Azzopardi talab lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa jgħid kemm il-ħaddiem ġie impjegat fis-sezzjoni tal-IT tal-Enemalta plc, u kemm kienu impjegati fil-kariga ta’ Automated Management Meter Architect mill-bidu ta’ din is-sena sal-lum. Staqsa wkoll jekk dawn l-impjiegi sarux b’sejħa interna jew esterna.
L-informazzjoni sempliċi ta’ kemm l-Enemalta impjegat f’dawn il-karigi ma ngħatatx bl-iskuża tal-Ministru Mizzi tkun li l-informazzjoni hi ta’ natura kummerċjali u sensittiva għall-operat tal-kumpanija.
//= $special ?>