Lokali

Proposti ċari mill-PN biex in-nies jgħixu f’dinjità

Dalgħodu l-Kap tal-PN Simon Busuttil indirizza konferenza organizzata minn EY. Fid-diskors tiegħu hu fakkar illi fl-aħħar 11-il sena l-ekonomija tagħna ġiet totalment trasformata. U illum, qed naħsdu il-frott ta’ din il-ħidma fejjieda.

Busuttil qal li l-Gvern preżenti kompla jibni fuq il-mod kif mexxa l-PN, u dan hu fatt pożittiv. Iżda, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, fadlilna ħafna x’nagħmlu bħala pajjiż.

Waqt il-konferenza organizzata minn EY, Busuttil spjega għaliex l-Oppożizzjoni għall ewwel darba fl istorja preżentat il proposti tagħha f’Dokument ta’ Qabel il-Budget – proposti li huma iffukati fuq il-bżonnijiet tan-nies.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li n-nefqa kbira fis-settur pubbliku qed ixxekkel il-kompetittivita ta’ pajjiżna. Problema ohra hija l-ammont kbir ta’ nies li qed jiddaħħlu jaħdmu maċ-ċivil, żieda ta’ 100 miljun ewro fin-nefqa tal-Gvern – pagi li setgħu jiġu frankati, u flus li setgħu jiġu investiti, fost ohrajn, fl- infrastruttura u l-edukazzjoni.

Simon Busuttil sostna li l-Oppożizzjoni hija favur il-unions li jridu tnaqqis fil-kontijiet tal-enerġija. Il-Kap tal-PN qal li t-traffiku ukoll qed jaffetwa l- ekonomija u l-ħajja tan-nies.

Tkellem ukoll fuq il-ħsara li qed jagħmlu lil Malta l-iskandli ta’ korruzzjoni fil-pajjiż, u li jagħmlu riklam ikrah immens għal pajjiżna.