Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-mutur fil-Gżira

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ filgħaxija nstab mal-art b’mutur ftit ‘l-bod minnu.

Għall-ħabta tal-ħdax neqsin għaxra ta’ filgħaxija, il-Pulizija kienet infurmata fi Triq Gerry Zammit, il-Gżira kien hemm persuna li weġġgħet f’inċident bil-mutur.

Hekk kif waslu fuq il-post, l-Pulizija sabu raġel midrub mal-art bejn ċint u arblu tad-dawl u mutur ftit il-bod minnu.

Fuq il-post issejħet ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u wara eżami mediku fit-Taqsima tal-Emerġenza, r-raġel kien iċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika u tpoġġa taħt kura ntensiva.

Ir-raġel jidher li hu barrani, imma l-identità tiegħu għad trid tiġi kkonfermata.

Għad irid ikun stabbilit x’wassal għal dan l-inċident. Inħatru wkoll diversi esperti biex jassistu f’inkjesta maġisterjali.