Illum tnieda servizz għal dawk it-tfal li għandhom trawma wara l-inċident ta’ nhar il-Ħadd waqt Paqpaqli għall-Istrina.
Is-servizz tnieda mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal biex jgħin lil dawk it-tfal li kienu preżenti meta seħħ l-inċident ta’ nhar il-Ħadd li għadda, li fih kienu feruti 28 persuna, tnejn minnhom għadhom l-ITU.
Fi stqarrija ntqal li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal qed jikkollabora maċ-Child Guidance Clinic fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa, biex jiġi offrut dan is-servizz ta’ għajnuna.
Dawk il-ġenituri li jħossu li uliedhom għandhom bżonn l-għajnuna ta’dan is-servizz minħabba t-trawma li setgħu sofrew wara li raw dan l-inċident, għandhom jagħmlu kuntatt mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal għal aktar informazzjoni.
Il-ġenituri għandhom iċemplu fuq 21485180 mil-lum sa nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Ottubru bejn it-8.30a.m. u l-4.30p.m.
//= $special ?>