Il-Front Ħarsien ODZ qed jesprimi tħassib dwar numru ta’ applikazzjonijiet għal pompi tal-petrol f’żoni ‘l barra mill-konfini ta’ żvilupp.
Fi stqarrija, il-Front qal li dan qed isir fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-policy li se twassal biex ma jkunx hemm distinzjoni bejn iż-żoni urbani u ż-żoni rurali. L-approvazzjoni ta’ pompi tal-petrol mgħammra b’apparat ieħor konness magħhom jista’ jagħti lok għal aktar żvilupp fil-futur.
Filwaqt li esprima qbil mar-rilokazzjoni ta’ pompi tal-petrol minn żoni urbani għal żoni li fihom hemm anqas perikli, il-Front qal li dan għandu jsir billi l-pompi jibqgħu jokkupaw l-istess ammont ta’ art.
Il-policy approvata is-sena li għaddiet tagħti lok li pompi tal-petrol jirrilokaw f’żoni ‘l barra mill-konfini ta’ żvilupp u jkabbru l-art tagħhom bi 3,000 metru kwadru. Il-policy taħseb ukoll li pompi tal-petrol ġodda jistgħu jinbew ‘il barra mill-konfini ta’ żvilupp u jokkupaw sa 3,000 metru kwadru.
//= $special ?>