Lokali Saħħa

Il-Fondazzjoni Richmond tippreżenta l-Mental Health First Aid Training lil SOS Malta

Il-Fondazzjoni Richmond ippreżentat il-Mental Health First Aid Training lil SOS Malta, bl-iskop li tingħata għajnuna lill-persuni fil-bżonn u li jkollhom bżonn attenzjoni fil-kura mentali.

Il-proġett se jkun qed jimmira fuq Professjonisti, bħall-Pulizija li jkunu msejħa f’każi sensittivi, persuni li jaħdmu ma’ immigranti irregolari, paramediċi u persuni li jgħinu oħrajn fi kriżi.

Minkejja l-kapaċitajiet li għandhom biex isolvu l-kriżijiet, dawn il-Professjonisti jistgħu ma jkunux kapaċi jifilħu għall-possibbiltà ta’ problemi mentali u sitwazjzonijiet oħra, li huma jistgħu jiffaċċjaw kaġun tal-isfidi li jiltaqgħu magħhom.

Il-proġett tal-Fondazzjoni Richmond hu intenzjonat biex jingħataw il-ħiliet meħtieġa permezz tat-taħriġ f’pajjiżna stess. Għal dan il-proġett, il-Fondazzjoni Richmond iffinalizzat Memorandum of Understanding ma’ Mental Health First Aid tal-Awstralja, li għandha esperjenza kbira fis-settur.

Il-programm hu mifrux fi 23 pajjiż.