Karozza taqa’ f’gandott f’Għawdex

Xogħol li waqa’ lura minħabba nuqqas ta’ ‘parts’ meħtieġa qed iwassal biex jaffettwa b’mod ħażin negozji u fabbriki fiz-zona industrijali tax-Xewkija f’Għawdex.

L-istat li fih tħallew ix-xogħlijiet wasslu wkoll biex karozza saħanistra waqgħet f’gandott li tħalla mingħajr l-ebda barrikati jew sigurta’.

Informazzjoni li għandu dan is-sit tgħid li x-xogħol, li jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Enemalta, beda ġimgħatejn ilu wara ordni diretta mill-Enemalta f’Malta, madanakollu kellu jieqaf minħabba nuqqas ta’ ‘parts’.

Ir-ritratti juri l-istat tax-xogħlijiet fi Triq tal-Baqqari fix-Xewkija.

L-istat mitluq li fih tħalla x-xogħol qed iwassal biex il-fabbriki għandhom nuqqas t’aċċessibilta’ għall-faċilitajiet ta’ ħażna tagħhom fil-qrib. Dan apparti li ngħalaq l-aċċess għal din iz-zona minn Triq l-Imġarr fix-Xewkija u Triq Għajn Qatet, żewġ toroq prinċipali.

Mhux magħruf meta se jitkompla x-xogħol.

xoghol 1

xoghol 2

xoghol 3