Raġel ta’ 77 sena minn Burmarrad miet wara li dalgħodu ttajjar f’Burmarrad stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ filgħodu, meta għal xi raġuni l-anzjan ntlaqat minn vann li kien qed jinstaq minn raġel fid-direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post waslet ambulanza biex tagħti l-ewwel assistenza lir-raġel, iżda ġie ċċertifikat mejjet.
Ix-xufier tal-vann, li għandu 70 sena mir-Rabat, ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba xokk qawwi.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ordna inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.