Anzjana ta’ 62 sena minn Ħaż Żebbuġ kienet involuta f’inċident tat-traffiku meta għal ħabta tas-sagħtejn u nofs, qrib il-Park and Ride ta’ Ħal Qormi, kienet miexja fuq bankina. Il-mara waqgħet u spiċċat taħt il-bankina.
Dak il-ħin kienet għaddeja karozza tal-linja u sieq il-mara nqabdet taħt ir-roti ta’ wara.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei għall-kura. Il-mara sofriet xi ksur f’saqajha b’riżultat ta’ dan l-inċident.
//= $special ?>