In-NASA ħadet il-pass mhux tas-soltu li toħroġ stqarrija tħabbar li l-asterojde mlaqqma 8666 (2000 FL 10) għaddiet minn ħdejn id-dinja mingħajr konsegwenza.
Dan hekk kif il-ġimgħa li għaddiet kien hemm spekulazzjoni li kienet se tolqot id-dinja.
In-NASA qalet li din għaddiet pjuttost viċin id-dinja – madwar 24 miljun kilometru.
F’Awwissu, in-NASA kellha wkoll toħroġ stqarrija biex tiċħad rapporti li asterojde kienet ta’ theddida għad-dinja. Dan wara li fuq l-internet kien hemm ħafna spekulazzjoni li asterojde kienet se tolqot id-dinja f’Settembru fl-inħawi ta’ Puerto Rico u kienet se toħloq diżastru fir-reġjun
In-NASA tgħasses l-asterojdi u kometi li jgħaddu sa 48 miljun kilometru mid-dinja permezz ta’ teleskopji speċjalizzati.
Il-periklu ta’ ħabta ta’ asterojde mad-dinja fil-100 sena li ġejjin kienu kważi negliġibbli.
Asterojde tgħaddi ‘żbrixx’ minn ħdejn id-dinja
