Lokali

Barrani jmut wara li jsib ruħu f’diffikulta f’Paradise Bay

Aktar kmieni illum għal ħabta ta’ nofs in-nhar il-Forzi Armati ta’ Malta, l-pulizija mid-Distrett tal-Mellieħa u team mediku kienu mitluba jassistu raġel ta’ 67 sena ta’ nazzjonalita’ barranija wara li dan sab ruħu f’diffikulta’ meta kien qiegħed jgħum ħdejn Paradise Bay.

Membru tal-Forzi Armati ta’ Malta offra l-ewwel għajnuna lill-barrani filwaqt li ftit tal-ħin wara wasal l-helicopter Alouette III fl-nħawi.

Il-Membri tal-Forzi Armati baqgħu jassistu lir-raġel sakemm wasal team mediku mill-isptar Mater Dei. Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei iżda dan tilef ħajtu ftit tal-ħin wara.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit li ordnat li ssir Inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.