Wara rapporti li dehru llum f’ċertu sezzjonijiet tal-media d-deputat Nazzjonalista Claudio Grech permezz ta’ stqarrija spjega li bħalma diġa qal fil-parlament huwa ma’ jiftakar ebda laqgħa jew email ma’ George Farrugia qabel l-kuntatt li diġa semma li seħħ fl-2012. Grech saħaq li dak huwa l-unika kuntatt li jiftakar ma’ Farrugia u hu m’għandu ebda għarfien dwar l-allegata laqgħa li semmiet illum fil-gazzetta MaltaToday.
Claudio Grech spjega li jrid jiċċara li fir-rwol tiegħu f’dak iż-żmien huwa kien jieħu sehem f’madwar sittin laqgħa fil-ġimgħa u kien jirċievi ammont kbir ta’ emails, eluf kull xahar. Spjega li huwa kien jirċievi mitt email kuljum u b’hekk tul leġiżlatura huwa rċieva 180,000 email li llum m’għandux aċċess għalihom.
Huwa għalhekk loġiku li numru ta’ kuntatti ta’ ebda sinjifikat partikolari u li seħħew disgħa snin ilu mhux faċli wieħed jiftakarhom.
Claudio Grech b’hekk saħaq li huwa ser jibqa’ jinsisti fuq dak li qal fil-parlament fejn qal dak li jemmen li ġenwinament huwa l-verita’ skond l-għarfien tiegħu. Grech temm jgħid li jekk fil-verita ma’ jiftakarx laqgħa jew korrispondenza permezz ta’ email huwa qatt ma’ jasal jgħid li jiftakar.
//= $special ?>