Gazzetti

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IL-ĠURNALI LLUM IL-ĦADD 11 T’OTTUBRU 2015

IL-MUMENT fil-faċċata titkellem dwar kif l-oppożizzjoni tistenna tqassim tal-ġid b’mod ġust u mhux jiffangaw il-ftit waqt id-diskors tal-baġit li ser isir għada fil-parlament. Fil-faċċata nsibu wkoll kif Etihad Airways lesta tidħol għax-xiri ta’ parti mill-Air Malta.

THE SUNDATY TIMES OF MALTA fil-faċċata bi storja li tiżvela kif il-European Investment Bank kien ċaħad talba tal-gvern sabiex jiffinanzja il-konsorzju li ser jibni l-power station l-ġdida f’Delimara. Fi storja oħra The Sunday Times of Malta tgħid li l-ispeaker tal-kamra Anġlu Farrugia m’huwiex sodisfatt bid-dikjarazzjonijiet ta’ l-assi ta’ numru ta’ Ministri u Deputati Parlamentari.

KULLĦADD fil-faċċata titkellem ukoll dwar il-power station il-ġdida f’Delimara u tgħid li l-proġett bħalissa jinstab f’fażi kruċjali.

ILLUM fil-faċċata titkellem dwar każ ta’ persuna li ffalsifika passaport Malti biex jitlaq minn Sqallija u kif dan kien ġej pajjiżna bl-Air Malta.

IT-TORĊA fil-faċċata titkellem dwar ħidma minn tobba mill-Universita’ ta’ Malta li jinstabu involuti fi proġett li f’għaxar snin oħra jista’ jtaffi sew il-Parkinson’s. It-Torċa fi storja oħra tgħati ħarsa dettaljata lejn id-diskors tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-General Workers Union Josef Bugeja.

MALTATODAY fil-faċċata titkellem dwar il-każ ta’ l-allegata laqgħa bejn Claudio Grech u George Farrugia fis-sena 2006.

THE MALTA INDEPENDENT fil-faċċata tgħid li s-sistema tat-traffiku msejjħa ‘Tidal lane traffic system’ ser tiġi varata f’Raħal Ġdid. Tgħid li l-ewwel triq li ser tara din is-sistema applikata ser tkun Triq Sir Paul Boffa.