Internazzjonali

Il-gvern Tork jgħid li l-attakk tal-bieraħ kien terroriżmu

epa04971527 People cover victims after multiple explosions before a rally in Ankara, Turkey 10 October 2015. Thirty people are killed and 126 injured at a train station in the Turkish capital, Ankara, ahead of a planned peace rally by pro-Kurdish groups, local media reported. EPA/STR

Aktar minn 95 persuna tilfu f’ħajjitom u aktar minn 238 sfaw midruba wara attakk fil-kapitali Torka Ankara. Attakk li l-Prim Ministru Ahmet Davutoglu qal li jidher li hu attakk ta’ bomba suwiċida. Il-gvern Tork iddikjara tlett ijiem ta’ luttu nazzjonali wara dan l-agħar attakk fl-istorja moderna tat-Turkija.

Attakk mdemmi li seħħ waqt protesta favur il-paċi minn attivisti Kurdi u attivisti ta’ partiti xellugin.

Il-gvern Tork saħaq li qiegħed jitratta dan il-każ bħala wieħed ta’ terroriżmu.

Minn naħa tagħhom iżda l-Kurdi qegħdin jippontaw it-tort lejn il-partit AKP li huwa fit-tmexxija tal-pajjiż.

It-Turkija ser tivvota f’elezzjoni ġenerali fl-1 ta’ Novembru li ġej.