Karozza tinqaleb fil-bypass ta’ Birkirkara

Żewġ persuni sofrew ġrieħi ħfif meta l-karozza li kienu fiha nqalbet fil-bypass ta’ Birkirkara.

L-inċident seħħ ftit qabel id-9 tas-Sibt filgħaxija, meta għal xi raġuni, s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura u nqalbet. Kollox jindika li kien hemm vettura oħra involuta apparti dik li spiċċat maqluba.

Għal xi ħin it-triq ingħalqet għat-traffiku.