Lokali

L-Mdina Grand Prix mill-ġdid suċċess

Numru kbir ta’ dilettanti Maltin u turisti tul tmiem din il-ġimgħa attendew għal Mdina Grand Prix sabiex jaraw mill-qrib il-karozzi li ħadu sehem fil-ħames edizzjoni ta’ din l-attivita’.

Illum, wara nofsinhar żar din l-attivita’ l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li kien akkumpanjat mill-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kultura, Joe Cassar.

Matul l-erbat ijiem tal-Mdina Grand Prix wieħed seta’ jara karozzi tal-epoka, uħud minnhom uniċi f’pajjiżna. Il-bieraħ saret wkoll tellieqa fuq ċirkwit ta’ 2.2 kilometru biex imbgħad illum saret it-tellieqa propja.

L-aktar għaxar karozzi veloċi kkompetew għalihom fi grupp wieħed għat-trofew prestiġjuż tal-Mdina Grand Prix filwaqt li l-oħrajn kienu maqsuma fi klassijiet differenti u kkompetew għal trofej oħra.