Lokali

Mutur jiskidja fin-niżla tal-Addolorata

Dalgħodu għal ħabta ta’ l-għaxra neqsin kwart fi Vjal Santa Luċija f’Raħal Ġdid mutur tat-tip Peugeot Tweet skidja u ħabat ma’ karozza tat-tip Rav 4 misjuqa minn Sirjan ta’ 72 sena fin-niżla magħrufa bħala tal-Addolorata. Is-Sirjan huwa residenti f’Ħal Tarxien.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u anke ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 42 sena miż-Żejtun, l-isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni medika tas-sewwieq għadha mhux magħrufa iżda l-ewwel indikazzjonijiet huma li ma’ soffriex ġrieħi gravi.

Il-Pulizija qegħda tinvestiga dan l-inċident hekk kif għadu mhux magħruf x’wassal sabiex il-mutur skidja.