Internazzjonali

Suspetti li l-ISIS kienu wara l-attakk ta’ Ankara

epa04972876 A woman waits with flowers as Turkish police secure the area one day after multiple explosions ahead of a rally, in Ankara, Turkey, 11 October 2015. Twin bomb blasts on 10 October killed at least 95 people gathering for a pro-Kurdish peace rally in the Turkish capital, Ankara, in the worst attack in Turkey's modern history. No group has claimed responsibility for the attack, which comes just three weeks before snap general elections set for 01 November and the G20 heads-of-government summit later next month, raising security concerns. EPA/SEDAT SUNA

Hekk kif fit-Turkija bdew ikunu osservati tliet ijiem ta’ luttu nazzjonali, is-suspetti ewlenin huma li l-ISIS kienu wara l-istraġi ta’ nhar is-Sibt f’Ankara li ħalla aktar minn 90 persuna mejta.
Attakk suwiċida doppju li seħħ waqt dimostrazzjoni favur il-paċi bejn il-Kurdi u l-Gvern Tork u li hu l-agħar attakk terroristiku li qatt sar fit-Turkija.
Il-Ħadd saru dimostrazzjonijiet ta’ kundanna għal dawn l-attakki u kien hemm inċidenti mal-Pulizija meta xi nies ippruvaw iħallu fjuri mal-post fejn seħħew l-attakki.
Hemm min qed jakkuża l-Gvern li kien wara l-attakki imma l-Pulizija qalet li hemm xebh kbir fil-mod kif saru dawn l-attakki u attakk ieħor li kien sar Suruc f’Lulju u li kien ħalla 30 persuna mejta.
Sadattant la t-Turkija u lanqas ir-Russja ma kkummentaw dwar rapporti li ajruplani militari Torok kienu waqqgħu ajruplan militari Russu minn dawk stazzjonati fis-Sirja. Is-Sibt kien hemm ħafna spekulazzjoni fuq l-internet li twaqqa’ l-ajruplan imma osservaturi qalu li din tidher li kienet biss spekulazzjoni li nbdiet fuq l-internet u ma jirriżultax li xi ajruplani twaqqgħu. F’dawn l-aħħar ġranet it-Turkija ilmentat mar-Russja li ajruplani Russi kienu daħlu fl-ispazju tal-ajru Tork waqt missjonijiet fis-Sirja.