Filwaqt li l-Baġit jista’ jitqies bħala wieħed bilanċjat għal Għawdex, injora l-agrikultura li hu settur importanti għall-ekonomija u għall-bdiewa Għawdxin.
Il-Gozo Youth Council (GYC) ħeġġeġ lill-Gvern biex dan is-settur ma jkunx injorat fis-snin li ġejjin iżda jkun mgħejjun.
Il-GYC qal li jilqa’ l-Baġit fid-diversi aspetti tiegħu fejn joffri appoġġ liż-żgħażagħ lill-ekonomija Għawdxija. Fl-istess waqt jerġa’ jappella biex ikun offrut servizz aktar veloċi ta’ trasport bejn il-gżejjer għall-istudneti u ħaddiema li jridu jaqsmu lejn Malta kuljum.
Il-ħtieġa tinħass b’mod immedjat u mhux biss bi studji fit-tul. Is-soluzzjoni għal konnessjoni permanenti ma għandhiex tkun l-unika soluzzjoni.
//= $special ?>