Il-kantant Chris Lanzon, li l-ġenituri huma Maltin, u l-boy band In Stereo, għamluha mal-aħħar għaxar finalisti tal-Australia X Factor.
Fl-Awstralja, din il-band qed titqies bħala l-One Direction ġdida minħabba l-istil ta’ mużika li jdoqqu u l-popolarità li qed jiksbu mat-tfajliet.
Is-sena li għaddiet Lanzon għamilha sal-finali ta’ The Voice Kids fl-Awstralja, fejn iltaqa’ ma’ Ethan Karpathy u flimkien ma’ Jakob Delgado ffurmaw il-band In Stereo biex iddebuttaw għall-ewwel darba fl-auditions tal-X Factor u saru l-iżgħar parteċipanti ta’ din il-kompetizzjoni.
Illejla l-boy band In Stereo għandha sfida oħra meta jittieħed vot popolari minn fost is-segwaċi ta’ X Factor, li fl-Awstralja hu segwit minn medja ta’ iktar minn miljun persuna kull staġun.
//= $special ?>