Għall-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, il-baġit ta’ din is-sena kien wieħed “pożittiv li kompla jsaħħaħ is-suq tal-propjetà u l-ekonomija inġenerali.”
Madankollu l-Assoċjazzjoni m’għamlet riferenza għall-fatt li dan il-baġit kompla jżid is-sisa fuq is-siment, f’messaġġ ieħor li jkompli juri li se jkun il-konsumatur li se jerfa’ dan il-piż.
Skont l-MDA, dan il-Gvern ħabbar inizjattivi għal setturi tal-ekonomija li kien hemm bżonn li jiġu ndirizzati u li l-impatt ta’ dawn il-miżuri se jolqtu l-intrapriżi żgħar u kbar filwaqt li jiġu ndirizzati dawk li jaqilgħu l-inqas.
L-MDA fakkret li l-Gvern laqa’ l-proposti tagħha fosthom dawk ta’ miżuri fiskali biex ikunu riġenerati ż-oni ta’ Konservazzjoni Urbana. Laqgħet ukoll l-estensjoni li l-first time buyers ikunu eżentati mill-bolla fuq l-ewwel propjetà.
//= $special ?>