Ekonomija Lokali Parlament

Il-Gvern jammetti U Turn fuq il-monti tal-Belt Valletta.

Il-Gvern għamel U Turn fuq il-post fejn se jitpoġġa l-monti tal-Belt Valletta, hekk kif il-Ministru Edward Scicluna ħabbar li l-Gvern qed iħares lejn soluzzjonijiet oħra, iżda ma ħabbarx liem huma.
Dan wara li l-Gvern falla milli jirnexxielu jirrialloka l-monti kollu f’nofs l-ispazju maħsub oriġinarjament. Din id-deċiżjoni mill-Gvern ittieħdet wara li kienu tħabbru pjani li l-monti jiċċaqlaq għal biswit il-bini tal-Parlament il-ġdid kienet qajmet kontroversja sħiħa u kritika qawwija minn ħafna aspetti tas-soċjetà.

Il-kritika kienet tqanqlet wara li sar magħruf li l-bejjiegħa tal-monti qabel l-elezzjoni kienu ġew imwiegħda li se jkunu jistgħu jarmaw eżattament taħt il-Parlament il-ġdid iddiżinjat mill-arkitett rinomat fix-xena internazzjonali, it-Taljan Renzo Piano.

Dwar dan il-monti, il-Gvern kien diġa’ għamel U Turn dwar l-għażla tad-disinn tal-istalls tal-monti, li kienu ġew żvelati, wasslu għal kritika qawwija u kellhom jinbidlu. Dawn l-istalls kienu swew €976 kull waħda biex ġew manifatturati għalxejn.