Ekonomija Lokali Parlament

Filmat: Il-Gvern laqa’ partijiet ta’ tmien proposti tal-FORUM

“Il-Gvern laqa’ biss partijiet minn tmien proposti minn fost 17-il waħda li pproponiet il-FORUM qabel il-baġit.”

Kliem Kevin Bonello li spjega kif il-Gvern laqa’ biċċiet minn tmien proposti mill-FORUM, hekk kif kull proposta milli għamlet il-FORUM kienet tinqasam f’sezzjonijiet li ma ġewx milqugħha kollha.
Fuilwaqt li għamilha ċara li l-baġit fih affarijiet pożittivi, bħal fost l-oħrajn it-tnaqqis fuq l-income tax, u miżuri dwar il-living carer u l-pensjonijiet filwaqt li fisser dan il-baġit bħala tkompli fuq dak tas-sena li għaddiet.

Irrimarka madankollu li l-proposti kollha tal-FORUM dwar l-edukazzjoni, l-evażjoni tat-taxxa, il-living wage, nano technology, is-sapport tal-fondi Ewropej, il-festi li jiġu fi tmiem il-ġimgħa u t-traffiku fost l-oħrajn ma ssemmew imkien f’dan il-baġit.

Semma’ wkoll kif ittieħdu biss ftit mill-proposti tal-FORUM fuq l-ambjent u l-avjazzjoni.
“Fuq kollox, u b’mod speċjali fuq l-evażjoni tat-taxxa, konna qed nistennew xi ħaġa aħjar. L-evażjoni tat-taxxa hi sore point f’pajjiżna,” temm jgħid Kevin Bonello.