Ekonomija Lokali Parlament

Il-Gvern ma jilqax il-proposti tal-enerġija tal-PN u l-imsieħba soċjali

Il-Gvern Laburista ma tax kas ta’ dak li qalulu l-għaqdiet tan-negozju u ta’ min iħaddem biex il-kontijiet tad-dawl jorħsu bi 30 fil-mija sabiex jirriflettu r-roħs kbir li seħħ fil-prezz dinji taż-żejt.

Qabel il-Budget, il-Partit Nazzjonalista ingħaqad mal-GRTU, l-MEA, il-Kamra tal-Kummerċ u l-UHM u insista mal-Gvern li l-kontijiet tad-dawl għandhom jitraħħsu bi 30% biex jirrifletti l-waqgħa kbira fil-prezz taż-żejt.

Fid-dokument ta’ Qabel il-Budget l-Oppozizzjoni saħqet li għandu jkun hemm roħs fl-eletriku li jirrifletti r-roħs kbir ta’ 60% li kien hemm fil-prezz dinji taż-żejt minn Marzu 2013.

Għaldaqstant il-bagit juri li l-gvern qed jagħzel li jżomm fil-but il-miljuni kbar ta’ flus li qed jiffranka mill-proġett tal-interconnector u mill-Powerstation tal-BWSC – żewġ proġetti li l-Gvern Laburista wiret mill-Gvern Nazzjonalista.