Wicked Comics żvelaw l-ewwel dettalji u l-poster uffiċjali tal-Malta Comic Con 2015, li hi xogħol ta’ Jon Haward, Nigel Dobbyn u Kenneth Micallef u għandha t-tema ta’ Star Wars.
Ħabbru wkoll l-ewwel mistiedna tal-Comic Con għal din is-sena, li huma l-artist rinomat internazzjonalment Jon Haward (Tales of the Buddha before he got Enlightened), Sabine Rich (Lady Mechanika) u l-kittieb, editur u konsulent John Freeman (Doctor Who)
Il-Comic Con ta’ din is-sena, li hi s-seba’ edizzjoni, se ssir bejn is-Sibt 5 (10:00 sas-18:000) u l-Ħadd 6 (11:00 sas-19:00) ta’ Diċembru f’Magazino Hall, fil-Waterfront tal-Belt.
//= $special ?>