L-Assoċjazzjoni Medika (MAM) esprimiet it-tħassib tagħha għan-nuqqas ta’ informazzjoni dwar proposti rigward privatizzazzjoni fil-qasam tas-saħħa bħalma hu l-Isptar ta’ Għawdex, l-Isptar Karin Grech, l-Isptar San Luqa u ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop. L-MAM diġà tkellmet dwar il-problemi li kien hemm fi proġetti simili fir-Renju Unit. Dawn it-tibdiliet jista’ jkollhom potenzjal fuq il-livell tal-kura tal-pazjenti kif ukoll fuq il-kundizzjonijeit ta’ dawk li jaħdmu fil-professjoni medika.
L-MAM għamlet enfasi fuq il-ħtieġa li titnaqqas il-pressjoni fuq l-Isptar Mater Dei minħabba nuqqas ta’ sodod fid-djar għall-anzjani.
Il-Gvern ppropona inċentivi finanzjarji biex jgħinu lill-familji jżommu lil qrabathom anzjani d-dar. Dan hu pass pożittiv kif hu pożittiv il-pass ta’ żieda fit-taxxa fuq is-sigaretti u t-tnaqqis tat-taxxa tal-VAT rigward sport u gyms. Pożittiv hu wkoll hu t-tnaqqis tal-listi ta’ stennija u ż-żieda ta’ sodod f’Mater Dei.
//= $special ?>