Il-Gvern ikkonferma li “għaddej ġmielu x-xogħol fuq il-Public Private Partnership għall-iżvilupp ta’ sptar ġdid f’Għawdex flimkien ma’ Bart’s Medical School.”
Dan ikompli jikkonferma t-tħassib tal-ħaddiema tal-Isptar ġenerali t’Għawdex dwar il-futur tagħhom fid-dawl tal-inċertezza li ilhom għaddejjin minnha għall-aħħar xhur twal.
Filfatt riċentament uffiċjali tal-General Workers’ Union għamlu laqgħa għal numru ta’ ħaddiema fejn infurmawhom li fl-isptar hemm iktar ħaddiema milli hemm bżonn.
Fl-isfond ta’ dan, il-ħaddiema li kienu preżenti għal din il-laqgħa kienu nfurmati li jew jaċċettaw li jiġu trasferiti lejn Malta, inkella jridu jaħsbu għal rashom.
Din l-aħbar li ħarġet mill-baġit tkompli twassal lill-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex, li hu l-ikbar mhux biss fil-qasam tas-saħħa f’Għawdex imma wkoll l-ikbar post tax-xogħol għall-Għawdxin, biex jistaqsu x’se jsir minnhom.
Dan fid-dawl li s-settur tas-saħħa f’Għawdex issa għandu ċertezza li s-settur tas-saħħa f’Għawdex se jkun iddominat mill-barranin u se jibda jiġi privatizzat, bid-dellijiet kollha li din l-aħbar iġġib magħha.
//= $special ?>