Wara jiem ta’ osservazzjoni, il-bieraħ filgħaxija, il-Pulizija mill-iskwadra ta’ Kontra d-Droga flimkien ma’ membri tar-Rapid Intervention Unit arrestaw raġel Afrikan ta’ 30 sena ġewwa l-Marsa.
Ir-raġel instab fil-pussess ta’ għaxar blokki ta’ sustanza kannella suspettata raża tal-kannabis, lesti biex jiġu traffikati u li flimkien kienu jiżnu ftit aktar minn kilo. Ir-raġel qed jinżamm taħt arrest biex jgħin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħha u mistenni jitressaq il-Qorti għada filgħodu. Hu se jkun akkużat bil-pussess aggravat tal-istess sustanza, kif ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta’ proviżorja imposti fuqu mill-Qrati tal-Ġustizzja f’kawża oħra, fost akkużi oħrajn.
//= $special ?>