Daħna kbira sewda li dehret minn diversi postijiet madwar malta qajmet allarm fost numru ta’ persuni li għamlu kuntatt ma’ dan is-sit, b’uħud saħansitra jirrapurtaw lill-awtoritajiet.
Madankollu jirriżulta li l-kawża ta’ din id-daħna kienet ħuġġieġa f’għalqa biswit il-grawnd tal-futbol tal-Gudja. Mhux magħruf jekk in-nar tqabbadx apposta minn xi bidwi, inkella hux kawża tas-sħana li qed taħkem lil pajjiżna.
Fl-ebda ħin ma jirriżulta li xi propjetà jew persuni kienu f’periklu minħabba dan il-każ.
//= $special ?>