Ekonomija Lokali Parlament

Roħs fil-fuel ta’ 3ċ u 4ċ biss – żieda fid-dazju ta’ 3ċ għal kull litru fil-fuel

Il-Gvern, wara ħafna appelli li sarulu, ħabbar li se jkun hemm traħħis fuq il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel, Ir-roħs se jkun ta’ 3 u 4 ċenteżmi biss, dan għaliex il-prezzijiet jinkludu żieda fid-dazju ta’ 3 ċentezmu għal kull litru Petrol u Diesel. Il-Ministru tal-Finanzi qal li dan it-traħħis mhux se jsir qabel Jannar li ġej.

Fid-dokument ta’ qabel il-baġit, l-Oppozizzjoni kienet talbet li l-prezz tal-petrol u d-diesel għandu jirrifletti r-roħs li kien hemm fil-prezz dinji taz-zejt izda dan ir-roħs minimu li qed jipproponi l-gvern huwa ferm ‘il bogħod minn kemm il-gvern seta jraħħas il-prezz tal-petrol u d-diesel meta wieħed iqis it-tnaqqis li kien hemm fil-prezz internazzjonali taż-żejt.