Fil-baġit, il-Gvern ħabbar li kompliet tiżdied ukoll is-sisa fuq is-siment, biż-żieda għal din is-sena titħabbar tkun ta’ €5 iktar fuq kull tunellata.
Wieħed jistenna li issa din it-taxxa se tkun tagħbija oħra għal dawk li fiż-żmien li ġej ikollhom bżonn xogħol ta’ kostruzzjoni, fosthom il-familji li se jibnu jew jixtru l-ewwel residenza tagħhom.
Il-konsumatur qed jintlaqat ukoll minn sisa ogħla fuq is-sigaretti u t-tabakk, bil-prezz fis-suq ta’ pakkett ta’ sigarett se jiżdied b’medja ta’ 30 ċenteżmu fuq kull pakkett, li allura f’xi każi tista’ tkun ogħla minn din is-somma.
//= $special ?>