Filwaqt li rrikonoxxiet il-Baġit bħala wieħed pożittiv, il-General Workers’ Union (GWU) ħeġġet lill-Gvern biex f’Baġits futuri jkompli jinċentiva s-settur tal-manifattura u jiffoka aktar fuq is-setturi li jrendu valur miżjud akbar fl-ekonomija.
Fl-ewwel kummenti tagħha l-GWU qalet li mill-miżuri tal-baġit se jibbenefikaw diversi faxex tas-soċjetà. Sostniet li l-Gvern ħaseb f’dawk l-aktar vulnerabbli u ma ħalliex barra dawk fil-klassi medja.
Il-GWU qalet li laqgħet b’sodisfazzjon il-miżuri soċjali, fosthom il-pensjonijiet li minnhom igawdu eluf ta’ pensjonanti kif ukoll benefiċċji għal-persuni b’diżabbiltà. Miżuri oħra msemmija mill-GWU huma dawk dwar il-prekarjat, miżuri dwar edukazzjoni u taħriġ ta’ ħaddiema.
//= $special ?>