Lokali Parlament

38 mill-Korea ta’ Fuq b’visa biex jaħdmu Malta

Mill-ammont ta’ 53 visa li l-Gvern Malti ħareġ għal ċittadini tal-Korea ta’ Fuq minn Marzu tal-2013 sa Diċembru tal-2014, 38 minnhom inħarġu għal skop ta’ impjieg, filwaqt li l-15 l-oħra nħarġu minħabba raġunijiet ta’ negozju.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Carmelo Abela għal mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister Jason Azzopardi.