Il-magazine popolari Playboy, rinomat l-iktar għar-ritratti ta’ mudelli għarwenin, issa mhux se jinkludi iktar dawn ir-ritratti imma biss nisa u tfajliet b’pożi provokattivi.
Din kienet idea tal-editur tal-magazine, Cory Jones, bi qbil mal-fundatur Hugh Hefner.
Il-Kap Eżekuttiv Scott Flanders spjega li din id-deċiżjoni ttieħdet hekk kif illum-il ġurnata kull persuna madwar id-dinja għandha aċċess għall-pornografija b’xejn fuq l-internet, u m’għadux jagħmel sens li wieħed jixtri magazine għal dan l-għan.
Playboy hu proġett li beda minn Hugh Hefner wara li kien issellef $1,000 mingħand ommu. Il-magazine ilu jiġi ppublikat sa mill-1953, l-ewwel edizzjoni tiegħu turi lil Marilyn Monroe, u llum kiber f’intrapriża ta’ suċċess b’bejgħ ta’ 8000,000 kopja kull xahar.
Id-deċiżjoni li ma jidhrux iktar tfajliet għarwenin fil-magazine jidher li ttieħdet ukoll wara wara t-tnaqqis fil-bejgħ, minn 5.6 miljun kopja fl-1975 għal 800,000 illum-il ġurnata.
Dan mhux l-uniku tibdil, hekk kif issa ankè l-kitbiet dwar is-sess f’dan il-magazine se jibdew jinkitbu minn tfajla. Dan fid-dawl tal-attakki li Playboy kellu matul is-snin, li l-magazine jirrendi lit-tfajliet biss f’oġġetti sesswali.
//= $special ?>