Żewġ Kulleġġi tal-istat irrappurtaw każi li fihom membri tas-Senior Management Teams fl-iskejjel ġew mhedda minn ġenituri biex ibiddlu l-attendenza ta’ uliedhom biex ikunu jistgħu jirċievu l-benefiċċju ta’ €400.
Il-Ministru Evarist Bartolo kkonferma fil-Parlament li kien hemm żewġ Kulleġġi li rrappurtaw xi każijiet.
Meta kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista George Pullicino, il-Ministru tal-Edukazzjoni wieġeb li l-każijiet ta’ Kulleġġ minnhom waqfu mingħajr ma kien hemm bżonn li jittieħdu passi oħra, mentri f’każ ta’ Kulleġġ ieħor il-problema ġiet solvuta wara li l-Kap tal-Iskola spjegat lill-ġenitur il-proċess kollu.
//= $special ?>