Lokali

L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija tilqa’ deċiżjonijiet imħabbra fil-Budget

L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija laqgħet id-deċiżjoni li fil-Budget għall-2016 il-Gvern laqa’ t-talba tagħha biex ir-rata tal-extra duty tal-Pulizija titnaqqas għal rata ta’ taxxa ta’ 15%.

L-Assoċjazzjoni qalet li din hi deċiżjoni tajba li tgħin u tinkoraġixxi lill-Pulizija jwettqu l-qadi ta’ dmirijiethom b’iktar dedikazzjoni minkejja li ħafna drabi dan isir b’sogru għal ħajjithom.

L-Assoċjazzjoni qalet ukoll li ntlaqgħet talba oħra tagħha biex titwaqqaf Taqsima għall-Prosekuzzjoni, biex il-prosekuzzjoni fil-Qrati tibda ssir mill-avukati u l-Ispetturi jiffukaw fuq l-investigazzjonijiet.

Laqgħet b’sodisfazzjon ukoll iż-żieda fil-fondi għas-sahra tal-Pulizija u għat-tagħmir tal-Korp.