Lokali Parlament

13,000 b’servizzi għas-saħħa mentali fl-Outpatients ta’ Mater Dei

Il-persuni reġistrati mas-servizzi tas-saħħa mentali li jirċievu servizz ta’ Outpatients fl-Isptar Mater Dei jew fil-komunità jlaħħqu għal total ta’ 13,000.

Hemm ukoll 96 persuna oħra li jirċievu servizz ta’ kura u sapport mis-servizz tal-Outreach, u 267 persuna li jattendu d-Day Centres.

Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi, għal mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister Claudette Buttigieg.