Lokali

40 sena mit-traġedja tal-Vulcan f’Ħaż-Żabbar

Kien fl-14 t’Ottubru 1975, 40 sena ilu, li pajjiżna ra wieħed mill-akbar inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni jseħħ, meta ajruplan tat-tip Vulcan XM645 Bomber sploda fl-ajru, ‘il fuq mit-toroq Żabbarin.

Traġedja li kienet wasslet biex madwar 20 persuna kienu ndarbu meta l-biċċiet mill-ajruplan waqgħu fit-toroq ta’ Ħaż-Żabbar. Il-biċċa l-kbira tal-ajruplan kien waqa’ f’triq qrib il-Knisja Parrokkjali.

Illum il-ġurnata ftit għad fadal xi jfakkar u juri dak li kien seħħ erbgħin sena ilu, madanakollu, ir-rapporti fil-ġurnali ta’ 40 sena ilu jixhdu l-paniku li kien inqala’ meta madwar mitt binja intlaqtu mill-fdalijiet tal-ajruplan li waqgħu fuqhom.

Il-pilota tal-ajruplan Vulcan kien prova jagħmel inżul fl-Ajruport, madanakollu kienu żvilppaw ħsarat minħabba inżul ħażin fl-ajruport. L-ajruplan sploda ftit tal-ħin wara li l-Pilota kien iddeċieda li jkompli jtajjar l-ajruplan biex jagħmel inżul ta’ emerġenza.

Filmat: PBS, 1975

Ritratti: G. Damato, M. Damato

Vulcan crash 2