Fosthom 29 minn barra s-settur pubbliku u 22 oħrajn trasferiti mill-Enemalta
Matul din is-sena l-Gvern impjega 68 persuna ġdida fir-Residenza San Vincenz de Paule, li 29 minnhom kienu impjiegi ġodda filwaqt li l-oħrajn iddaħħlu wara li kienu trasferiti minn entitajiet jew dipartimenti oħra tal-Gvern.
Għall-mistoqsija tax-Shadow Minister Paula Mifsud Bonnici, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia, qal li fost dawn kien hemm żewġ persuni li ġġeddidilhom il-kuntratt bħala ‘Persons of Trust’.
Jirriżulta wkoll li 22 ħaddiem iddaħħlu f’impjieg fir-Residenza San Vincenz de Paule wara li kienu trasferiti mill-Korporazzjoni Enemalta. Għaxar impjegati oħrajn li daħlu mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena kienu trasferiti minn dipartimenti jew entitajiet oħrajn tal-gvern.
Kien hemm ukoll ħames każi ta’ persuni li reġgħu ġew impjegati fir-Residenza.
//= $special ?>