Il-linja tal-ajru Ryan Air ħabbret li għas-Sajf li ġej se tintroduċi disa’ rotot ġodda lejn Baden, Berlin, Budapest, Cologne, Dusseldorf, Gdansk, Manchester, Poznan u Ruma li mistennija jaqdu 400,000 klijent ġdid.
Id-destinazzjonijiet ta’ Baden, Berlin, Budapest, Cologne, Dusseldorf, Gdansk u Poznan se jtiru darbtejn fil-ġimgħa minn Malta, filwaqt li se jkun hemm tliet titjiriet fil-ġimgħa għal Manchester u Birmingham, titjira waħda għal Ruma u Londra u ħames titjiriet għal Edinburgh.
Dan se jwassal lir-Ryanair biex tibda topera 36 rotta minn Malta, li jaqdu mal-miljun u nofs passiġġier, bi tliet ajruplani bbażati f’pajjiżna, li jfisser żieda ta’ ajruplan ieħor u investiment ta’ €87.5 miljun.
Ryanair ħabbret ukoll li fix-xhur li ġejjin se jsir titjib fil-website tal-kumpanija, xelta mtejba ta’ ikel, uniformijiet ġodda għall-cabin crew u mmodernizzar tan-naħa ta’ ġewwa tal-ajruplani.
//= $special ?>