Matul il-lejl li għadda f’Paceville reġa’ kien hemm aktar ġlied bejn Kroati u Serbi – inkwiet li żviluppa wara r-rebħa tal-Kroaza fuq Malta bl-iskor ta’ 1-0.
Raġel Kroat safa maħruq minn flare li allegatament tqabbdet minn irġiel Serbi. Huwa tħalla mitluq ferut mal-art, u kien f’dan il-ħin li xi persuni ċemplu għall-assistenza. mal-ewwel waslu l-Pulizija fil-post.
Żewġ Kroati oħra ġarrbu feriti gravi fil-ġlied li inqala’, wieħed minnhom ġarrab ksur. Fil-post ftit wara waslet ukoll ambulanza.
Il-ġlieda seħħet fil-bajja ta’ San Ġorġ għall-ħabta tal-11pm.
//= $special ?>