Lokali Qorti

Arrestati żewġ Sqallin f’Gela biex jiġu estraditi lejn Malta

Żewġ Sqallin, missier u iben, kienu arrestati f’Gela mill-Carabinieri bi twettiq ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji Maltin.

Iż-żewġt irġiel Nunzio Fausciana ta’ 50 sena u ibnu Salvatore ta’ 20 sena minn Gela stess, kienu mfittxija mill-awtoritajiet Maltin minħabba li f’Awwissu tas-sena li għaddiet,meta kienu Malta, allegatament aggredew raġel fil-Mosta.

Ir-raġel kien sofra ġrieħi gravi b’konsegwenza ta’ din l-aggressjoni. Iż-żewġt irġiel bħalissa jinsabu fil-ħabs ta’ Gela sakemm jitlestew il-formalitajiet sabiex jiġu estraditi lejn Malta. Skont mezzi tax-xandir sqallin, Nunzio Fausciana għandu akkużi preċedenti ta’ rabtiet mafjużi.