Ilment ta’ anzjana dwar l-ineffiċjenza tat-trasport pubbliku jirrifletti ħafna iktar kummenti li Netnews.com.mt qed jirċievi b’rabta mas-servizz tat-trasport pubbliku.
Il-persuna li tkelmet ma’ Netnews.com.mt ilmentat li dalgħodu damet aktar minn siegħa u nofs tistenna il-karozza tal-linja fuq ir-rotta numru 12 mill-Qawra lejn Tas-Sliema u spiċċat biex qatgħet qalbha u daret lura lejn id-dar.
L-istess persuna qalet li kien hemm oħrajn li kienu ilhom ħafna aktar minn siegħa u nofs jistennew il-karozza tal-linja.
Fil-budget ta’ nhar it-Tnejn ma tħabbru l-ebda miżuri konkreti biex jitjieb is-servizz tat-trasport pubbliku, jew biex tittaffa l-problema tat-traffiku.
Ritratt: Arkivji
//= $special ?>
