…Iżda jgħid li għandu roadmap!
Filmat: Ara l-filmat b’siltiet mill-programm Dissett.
Wara ħafna spekulazzjoni dwar jekk il-Ministru tat-Traffiku Joe Mizzi huwiex se jirnexxielu jsolvi l-problema tat-traffiku, waqt il-programm Dissett l-Erbgħa filgħaxija, il-Ministru Joe Mizzi stess ammetta li mhux se jsolvi l-problema tat-traffiu.
“Jiena nemmen li mhux se jkun hemm xi taqliba f’daqqa waħda” sostna l-Ministru Joe Mizzi li spjega li l-ewwel pass hu li jkun hemm titjib fit-trasport pubbliku.
Dwar it-trasport pubbliku, Mizzi qal li l-istatistika turi li kien hemm titjib.
Joe Mizzi qal li qatt ma jista’ jagħti ‘timeframe’ ta’ meta se jsolvi l-problema tat-traffiku u waqt il-programm, Mizzi talab lill-preżentatur biex “jistenna” l-eżitu tal-miżuri tal-Gvern għat-traffiku.
Mistoqsi dwar ir-roadmap imwiegħda qabel l-elezzjoni, Mizzi qal li hu evidenti li l-Gvern għandu roadmap.
//= $special ?>
