Il-Baġit 2016 se jkun approvat wara t-23 ta’ Novembru wara li l-Kummissjoni Ewropea tkun bagħtet ir-risposta u l-fehmiet tagħha dwar il-baġits tal-istati membri tagħha.
Id-dibattitu dwar il-voti tal-ministeri għall-2016 fil-Parlament Malti se jibda nhar l-Erbgħa li ġej u jibqa’ għaddej kuljum barra l-Ħadd, sat-Tlieta ta’ wara.
L-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia llejla ta d-dettalji marbuta ma’ din il-proċedura ġdida. Il-vot finali fil-Parlament Malti fuq il-Baġit 2016 jittieħed wara d-data li l-Kummissjoni Ewropea ntrabtet li tibgħat il-fehmiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar il-Baġit tal-Gvern Malti.
Din il-proċedura ġdida fit-tfassil u l-approvazzjoni tal-baġits fil-pajjiżi membri tal-UE, saret wara qbil bejn l-istati membri.
//= $special ?>