Lokali

Il-Gvern Taljan jilqa’ l-appoġġ Malti għal ‘interconnection’ bejn l-Italja u t-Tuneżija

L-Ambaxxata Taljana f’Malta uriet apprezzament għad-deċiżjoni tal-Gvern Malti li jagħti l-appoġġ tiegħu għall-proġett ta’ interconnection tal-enerġija bejn l-Italja u t-Tuneżija.

L-Ambaxxata qalet li l-proġett, bl-isem ta’ ELMED, hu inizjattiva bejn l-Italja u t-Tuneżija u Malta qablet li tippromwovih fi Brussell. Fissret kif dan il-cable taħt il-baħar se jgħin biex ikun hemm iktar sigurtà ta’ enerġija fl-Unjoni Ewropea u fl-Afrika ta’ Fuq.

L-Ambaxxatur Taljan f’Malta, Giovanni Umberto De Vito, qal li x-xogħol flimkien fuq din l-infrastruttura turi d-determinazzjoni komuni bejn l-Italja u Malta biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Ewropa u l-Afrika ta’ Fuq.