Ambjent Lokali

Ilhom bi problema ta’ drenaġġ ġimgħatejn imma qalulhom “ma nistgħu nagħmlu xejn”

Resident f’Birkirkara ilmenta ma’ Netnews.com.mt għal problema ta’ drenaġġ li ilu ħiereġ fit-triq għal dawn l-aħħar ġimgħatejn.

Minkejja li saru sitt rapporti lill-awtoritajiet, inkluż lill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, s’issa għadu ma sar xejn biex tissolva l-problema. Mhux talli hekk, talli skont dan ir-resident, il-Kunsill Lokali wieġeb li ma jista’ jagħmel xejn.

Id-drenaġġ qed joħroġ fi Triq Santa Rita, għal Sqaq il-Wied numru 1, Triq il-Qasab u lejn Valley Road fl-Imsida.

Fost dawk milquta hemm residenti f’blokk t’appartamenti li ilhom għal dawn l-aħħar ġimgħatejn jilmentaw, bir-risposta tkun li ma jista’ jsir xejn.

drenagg 2

drenagg 3

drenagg 4

drenagg 5

drenagg 6